GHATI ID_DON TAL-HAJJA
Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfuzzjoni tad-Demm waqt li pubblikament jirringrazzja lill-ORGANIZZAZZJONI PUTTINU CARES tas-sapport li taghtih biex ikun hawn aktar gharfien ghall-bzonn tal-ghoti tad-demm, iheggeg lill-pubbliku biex waqt il-maratona li ser issir fi tmiem il-gimgha jaghti donazzjonijiet ta’ flus, waqt li dawk li huma f’sahhithom u jixtiequ jghinu aktar huma mhegga jaghtu d-demm ukoll. Ghaldaqstant kull min irid jghin b’dan il-mod ukoll jista’ jmur: fic-Centru ta’ Gwardamangia li jiftah mit-Tnejn sal-Hadd, mit-8am sas-6pm, jew fic-Centru fl-Isptar Generali t’Ghawdex li jiftah mit-Tnejn sas-Sibt mit-8:30 am sal-11:30am. Wiehed jista’ jaghti ukoll fil-mobile blood donation unit li nhar il-Hadd li gej, 8 ta’ Mejju ser ikun magenb ic-Centru Parrokkjali ta’ Hal Gharghur, mit-8:30 am sas-1:00 pm Importanti li kull min jersaq biex jaghti d-demm jipprezenta l-karta tal-identita’